MISSNI
Missni b'ponot subgħajk
Mellisni bil-pali ta' idejk
Iva, hekk,
Missni, mellisni .....
Bħal mitluf li jofroq baħar deżert
B'għatx kbir fuqu li jibla' oċean
B'ġismu mifluġ minn qillet ix-xemx
Bla dar fissa, jfittex il-kenn
Hekk għext ħajti, bla bidu, bla tmiem
Sakemm sibtek biex f'dirgħajk sodi nistkenn.
Missni b'ponot subgħajk
Mellisni bil-pali ta' idejk
Iva, hekk,
Missni, mellisni .....
Ġildi xrafet għal ħarset in-nies
Ġismi sar vjola u mbenġel b'daqqiet
Mingħand dawk li qalu li jħobbuni qattigħ
Sakemm għidtilhom li mħabbti jien sibt
U dlonk bdew jgħajjruni li miniex normali
Sempliċiment għax ħabbejt tifel tampari.
Missni b'ponot subgħajk
Mellisni bil-pali ta' idejk
Iva, hekk,
Missni, mellisni .....
Dħalt fi knisja biex nersaq għall-qrar
Mimli tama li se nsib is-serħan
Il-qassis tmasħan u mtela' bir-rabja
Għax għidtlu li jien ġuvni nħobb u mhux tfajla
Fuq tagħlim Kristu jien bdejt inmerih
Għax jien ċert li fih biss insib il-mistrieħ.
Missni b'ponot subgħajk
Mellisni bil-pali ta' idejk
Iva, hekk,
Missni, mellisni ......
Il-politiċi li jinsewk għal tant snin
Għall-vot tiegħek dawn jiġuk wara l-bieb
U jgħidulek li bi dritt, mhux b'xi pjaċir
Jiddefenduk u jagħtuk id-drittijiet
Il-poter jiksbu, bil-partit joħroġ rebbieħ
U malajr kliemhom jerġa' jtir kollu mar-riħ.
Missni b'ponot subgħajk
Mellisni bil-pali ta' idejk
Iva, hekk,
Missni, mellisni.
Neħħili l-maskra li lbist għal wiċċ in-nies
Naddafli moħħi mill-għanqbut taż-żminijiet
Aħsilli għajnejja miż-żlieġa tad-dlamijiet
Iftaħli mnifsejja biex inxomm ward ir-rebbiegħa
Mellisli xufftejja bil-passjoni ta' ruħek nadifa
Ħolli lsieni ħalli ntiegħem imħabbtek sinċiera.
Missni b'ponot subgħajk
Mellisni bil-pali ta' idejk
Iva, hekk,
Missni, mellisni .....
Sam
It-Tnejn, 16 ta’ Marzu 2009
QATT (B'dedika lil m.)
Qatt kont maħbub?
Imma tassew maħbub?
B'imħabba li ssibha biss f'xi ħrafa
u l-gidba tkun biss dagħwa,
b'temp dejjem ikun bnazzi
bħal triq lixxa bla tumbati?
Fejn is-sinċerità tkun l-ordni tal-ġurnata
u li tħares lejn wiċċ ieħor tkun ġennata.
F'baħar kalm u bla imbatt
bi tbissima li ma tmut qatt
Għax l-argument miġġieled l-aktar
min se juri mħabba akbar
...... Jien lanqas
Qatt ħlomt il-ħolma?
Il-ħolma li tibqa' dik li hi?
Ta' dar komda f'tarf l-irdumijiet
għassa dejjiema tal-baħar u l-ilmijiet
Imgeżwrin fuq sufan żewġt'iqlub tewmin
imħabbithom bħal tarka għax-xhur xitwin.
B'ħarsithom mitfugħa lejn l-orizzont
taż-żernieq ta' storja ta' mħabba bla kont
M'hemmx aktar barrieri ta' mistħija
għax kull parti ta' ġisimhom ġiet miflija
Lejl mimli azzjoni ġie mwiegħed
sakemm it-tnejn isiru ġisem wieħed
...... Jien ukoll
Qatt kont sinċier?
U ma gdibtx miegħek innifsek?
Tammetti li hekk kif tilmaħ l-ombra tiegħu
titlob lil xi alla li tħokk miegħu?
Tħoss il-preżenza tiegħu qed iġġennek
Hekk kif dan bil-mod jersaq ma' ġenbek
Min jaf kemm ħin qattajt hemm tistennih
Tittama f'xi miraklu li jinduna bik
U kif idur, ħarstu li ddewweb jitfa' lejk
Tistenna s-sinjal li ma jħallikx bejn ħaltejn.
Għax l-unika ħolma u xewqa tiegħek
Li jqatta' ħinu u mħabbtu kollha miegħek
...... Lanqas jien
Qatt fittixt?
Fittixt f'kull rokna m'erbat irjieħ?
Biex issib l-imħabba li tagħmlek bniedem sħiħ
L-imħabba li ssaħħnek u twieżnek f'kull ħin
Anke jekk ħajtek u li tkun bnejt tagħmlu dħin?
Għax x'jiswa l-karriera u l-flus li tkun ġemmajt
Jekk tisfa' b'xejn, waħdek, għax bqajt l-art?
X'hemm isbaħ, imqar jekk għal ftit
Tkun aċċettat u apprezzat ta' dak li int?
Anke jekk flok saqqu komdu u rikk
tispiċċa titmiegħek tnaddaf wiċċ konkrit.
Dejjem aħjar minn sodda għal tnejn,
mifruxa għal xejn
...... Anke jien
Jgħidu li qatt
m'għandek titlef okkażjoni li tiġik
Kultant ikollok tikkuntenta b'dak li ssib
Għax xi darba għad tkun kuntent li hekk għamilt!

Is-Sibt, 14 ta’ Marzu 2009
u diġa' qed iberraq
u diġa' ix-xemx tjassret mill-isqra tal-ħadid
u diġa' bqajna biss aħna t-tnejn
int anġlu u jien ilsir
f'dil-poża għal dejjem
u diġa' ix-xemx tjassret mill-isqra tal-ħadid
u diġa' bqajna biss aħna t-tnejn
int anġlu u jien ilsir
f'dil-poża għal dejjem
IŻ-ŻWIEĠ
Sejjħu l-aqwa għannejja bl-oħla ilħna
bi flawti u fifri tisfir rużinjol,
sejjħu l-aqwa bejjiegħa ta' żjut it-tidlik,
sejjħu l-aqwa għannejja, żeffiena u poeti,
għax illum Festa Kbira!
Fl-għadajjar niżżluhom jinħaslu mid-dmija
ta' mitt ferita u minn mitt taqtiegħa,
mid-dmugħ ta' mitt taħbita,
irtukkaw wiċċhom, ġisimhom,
iħejju għall-imħabba,
inżebgħu bi ħxejjex u żżejjnu bil-ward
u weraq is-siġar għolja,
servewhom ta' għata.
Imbagħad tajjru ħamiema
u bkiet ir-rebbiegħa
is-sajf imliehom bix-xita ħanina,
dehbithom il-ħarifa
ix-xitwa fethet fuqhom l-isbaħ ward abjad,
ix-xjuħ tawhom dehnhom,
iż-żgħażagħ imħabba,
u t-tfal tawhom l-hena.
Laqqgħuhom fl-ilma ta' taħt il-ħdura
fejn dijet ix-xemx minn ġol-weraq tingħaqad maż-żiffa tas-sema kaħlani,
u l-mewġ tal-baħar iħaddan xtajta niexfa,
jgħannilha għanja siekta,
il-qamar bil-lejl kebbishom fil-fidda tal-ġonna,
saqilhom merħliet lejn mergħat bla tmiem,
qatgħat ta' tjur lejn l-għadajjar mimlija
ix-xgħir fir-raba jogħla
u x-xmara ħadtihom,
bħal ma tieħu s-silġ minn fuq l-iġbla ħarxa
u tħollu fil-ħajja.

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Marzu 2009
Sejħa għal xogħlijiet ta' letteratura LGBT għall-blog
Il-Letteratura gay hija muftieħ li jgħinna nifhmu aħjar ir-realta'. Jgħinna nifhmu tassew min aħna - l-ewwel bħala bnedmin li naqsmu l-ħajja u d-dinja tagħna flimkien, imbagħad il-ġrajjiet u r-relazzjonijiet tagħna - kemm jekk ma' nies tal-istess sess kif ukoll jekk ma' nies ta' sess differenti.
Għalhekk qed nagħmlu sejħa sabiex kulmin għandu xogħlijiet (preferibilment bil-Malti pero b'ilsna oħra wkoll jiġu aċċettati) b'tematika LGBT jikkuntattjana fuq letteraturagay@gmail.com. Wieħed jista' jibgħatilna wkoll ix-xogħlijiet tiegħu fuq dan l-istess indirizz u b'hekk ikollu l-opportunita' li jippubblika l-kitbiet tiegħu online.
Grazzi mill-Qalb!
Tim ta' Letteratura Gay

Roberto Benigni jaqra De Profundis ta' Oscar Wilde f'San Remo (Frar 2009)
http://www.megavideo.com/?v=SVOD9XY7
Mur għall-24 minuta. De Profundis, Oscar Wilde
Ħajr lil Patrick Attard tal-għajnuna
Mur għall-24 minuta. De Profundis, Oscar Wilde
Ħajr lil Patrick Attard tal-għajnuna
Subscribe to:
Posts (Atom)