http://www.youtube.com/watch?v=XcBU1brKxFA
Matul ħajtu, E.M.Forster qatt ma ried li jiġi ippublikat ir-rumanz tiegħu "Maurice" minħabba fl-attitudnijiet soċjali u legali lejn l-omosesswalita' fl-Ingilterra ta' dak iż-żmien. Fil-fatt, f'nota miktuba fuq il-manuskritt, E.M.Forster kien kiteb: "Publishable - but worth it?"
Ir-rumanz urieh lil xi ħbieb bħal Christopher Isherwood, iżda mil-bqija ftit kienu dawk li jafu bih sal-1971 meta r-rumanz fl-aħħar ġie ippubblikat wara l-mewt ta' Forster. Ir-rumanz kien inbeda fl-1913 u jirrakonta l-istorja ta' Maurice Hall, iben familja benestanti Ingliża li fi żmien l-Universita' f'Eton isir iħobb lil Clive, student ieħor. Matul iż-żmien Clive jaqta' minn ma' Maurice u jiżżewweġ u anke joħrog għall-politika u jgħid lil Maurice li għandhom jinsew l-aspett romantiku li kien hemm bejniethom.
http://www.youtube.com/watch?v=IQIOu2RmEm0
Maurice jipprova jinbidel għal eterosesswali, fil-fatt jibda jmur għand psikoterapista, pero donnu iktar jaqa' f'disprament. Stedina mingħand Clive tlaqqgħu mas-seftur Alec Scudder li jkun ġej mil-klassi baxxa Ingliża pero li jkun innotah sew lil Maurice...
http://www.youtube.com/watch?v=f7oMkykKgWc
Ir-rumanz "Maurice" huwa meqjus bħala pijunier tal-letteratura gay moderna u nħadem bħala film fl-1987 taħt id-direzzjoni ta' James Ivory u b'Hugh Grant (Clive), James Wilby (Maurice) u Rupert Graves (Alec) bħala protagonisti. Jieħu sehem fil-film ukoll Ben Kingsley fir-rwol tal-psikoterapista.

E.M. Forster
(1879 - 1970)
No comments:
Post a Comment