It-Tlieta, 14 ta’ April 2009

Stedina għall-Programm Televiżiv IMREWĦA

Irċevejna din l-istedina għall-kittieba mingħand is-Sur Frans Attard, kordinatur tat-taqsima dwar kotba u pubblikazzjonijiet għall-programm televiżiv Imrewħa:

Sinjuri,

Wara s-suċċess tal-programm MREWĦA fiż-żewġ skedi ta’ qabel, ġie deċiz li l-programm jitkompla fit-tielet skeda minn April sa Ġunju.

Qed nestendi l-istedina tiegħi għal kittieba li jixtiequ li jiġu intervistati fil-programm dwar il-kotba tagħhom, biex jiktbuli ħalli jiġu mdaħħla fil-lista tagħna għax naturalment il-ħin hu dejjem problema.

Il-programm kulturali MREWĦA jkun fih dettalji dwar drama arti u kotba. Jien qed nieħu ħsieb il-parti tal-kotba u pubblikazzjonijiet.

Il-programm MREWĦA jiġi mxandar fuq FAMILY TV (fuq il-Melita cable) nhar ta’ Tnejn fis-6.50pm u b’repettizzjoni nhar ta’ Ġimgha fl-10.00 pm.

Il-pubblikaturi jistgħu ukoll jissuġerixxu xi awturi li jkunu ħarġu xi ktieb reċentament.

Indirizz postali:

MREWHA

Family TV

Triq l-Indina,

Haż-Żebbug

e-mail: mrewha@familytv.com.mt

info@uptrend-malta.com

No comments:

Post a Comment