Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009

Żewġ Poeżiji ta' Joseph Carmel Chetcuti: Identita' (1983) u Bi Tweġiba (1984)












Joseph Carmel Chetcuti
avukat, kittieb u attivist pijunier Malti-Awstraljan


IDENTITA'


malti?
iva.

awstraljan?
aktarx.

etniku?
fi żgur.

kattoliku?
le.

x'affarijiet dawn!

miżżewweġ?
le.

tfal?
anqas.

mgħawweġ?
iva.

issa nifhem kollox...
i...x'se jgħidu n-nies!


9 ta' Ġunju 1983

BI TWEĠIBA

miżżewweġ
eterosesswali
bit-tfal
u xorta nsewh
u xorta miet waħdu.


17 ta' Ġunju 1984

aktar tagħrif fuq www.queermalta.com

Immanuel Mifsud: tagħrif u messaġġ dwar Letteratura Gay












Immanuel Mifsud

"...L-ewwel nett nifirħilkom li waqqaftu dan il-blogg. Hija inizjattiva li hija importanti ħafna mhux biss għall-komunita' gay f'Malta imma wkoll għall-iżvilupp letterarju kollu kemm hu. F'Malta għad m'hawnx letteratura gay, u għalkemm jien għandi numru ta' karattri li huma omosesswali, tiegħi m'hijiex letteratura gay fis-sens ta' kif jinftiehem dan it-terminu barra minn Malta minħabba li jien ma nappartjenix għall-komunita' gay.

Madankollu, bħala kittieb u anki akkademiku li nistudja l-letteratura, nieħu gost b'din l-inizjattiva, bit-tama li anki aħna jkollna letteratura gay u, j'alla 'l quddiem ukoll, kritika letterarja gay (nuqqas ieħor li jispikka ħafna)..."

Immanuel Mifsud twieled fl-1967, f'familja tal-ħaddiema mir-Raħal Ġdid. Huwa beda jikteb il-poeżija meta kellu sittax, fiż-żmien li fih ħadem biex twaqqaf il-grupp letterarju Versarti.

Beda jikteb skripts u jidderieġi drammi esperimentali. Ħadem drammi ta' Chekhov, Dario Fo, Max Frisch, Federico Garcia Lorca, David Mamet u Harold Pinter.

Immanuel Mifsud kiteb numru ta' kotba ta' poeżiji u novelli u diversi xogħlijiet tiegħu nqalbu u ġew ippubblikati f'pajjiżi differenti.

Fl-2002 rebaħ il-Premju Nazzjonali għal-Letteratura bil-ktieb L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut, li ġie nnominat għall-Premio Strega Europa. Fl-2005, il-ktieb tiegħu Kimika qajjem kontroversja minħabba materjal meqjus "maħmuġ", u filwaqt li xi gazzetti ħarġu kritika qawwija fuqu, oħrajn irrifjutaw li jippubblikaw reċensjonijiet dwaru.

KOTBA TA' IMMANUEL MIFSUD BI STEJJER LI FIHOM JISSEMMEW KARATTRI GAY:





















Iktar tagħrif fuq www.immanuelmifsud.com

L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009

Poeżija ta' Walt Whitman (1819 -1892): We Two Boys

http://www.youtube.com/watch?v=4JNWADyTZDg



AĦNA żewġ subien imqabbdin flimkien,
wieħed 'l ieħor qatt ma jħalli,
'Il fuq u 'l isfel mat-triqat għaddejja - Tramuntana u Nofsinhar mixjin,
Nitpaxxew bis-saħħa - niftħu dirgħajna - nagħfsu subgħajna
Armati u bla biżgħa - nieklu, nixorbu, norqdu, ninħabbu
L-ebda liġi inqas minna m'hija tagħna - baħħara, suldati, ħallellin, nheddu,
qammelin, ċkejkna, allarm tal-qassisin - nieħdu n-nifs, nixorbu l-ilma f'tarf xatt il-baħar
niżfnu,
Bliet nagħsru, il-ħeffa inmaqdru u bir-regoli niddieħku, niġru wara d-djgħufija,
sa ma nsibu l-milja tagħna.













Walt Whitman

WE two boys together clinging,
One the other never leaving,
Up and down the roads going—North and South excursions making,
Power enjoying—elbows stretching—fingers clutching,
Arm’d and fearless—eating, drinking, sleeping, loving, 5
No law less than ourselves owning—sailing, soldiering, thieving, threatening,
Misers, menials, priests alarming—air breathing, water drinking, on the turf or the sea-beach dancing,
Cities wrenching, ease scorning, statutes mocking, feebleness chasing,
Fulfilling our foray.

Walt Whitman

It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009

Karattri Gay fil-Kitbiet ta' Immanuel Mifsud










IR-RADJU (Il-Ktieb tas-Sibt Filgħaxija), bażikament tikkritika t-tendenza li l-omosesswalita' titqies bħala problema u, agħar minn hekk, l-inviżibilita' ta' nies omosesswali tneħħi meta jiddiskutu din "il-problema".


NAWFRAĠJU (Il-Ktieb tas-Sibt Filgħaxija) l-istorja ta' emigrant Malti li jirritorna lejn pajjiżu wara żwieġ fallut u mar-ritorn jitilgħu ħafna memorji, fosthom relazzjoni esperimentali gay fl-adoloxxenza tiegħu.


PRISCILLA (Il-Ktieb tal-Maħbubin Midruba) referenza qasira għal waħda mara li ċċempel fuq ir-radju biex tirrakkonta l-istorja tagħha li kienet toħroġ ma' raġel li mbagħad skopriet li kellu relazzjoni omosesswali.


ID-DNUB LI L-KANDIDAT MA JRIDX IQERR (Il-Ktieb tal-Maħbubin Midruba) kandidat elettorali jaħbi li huwa omosesswali minħabba l-biża' li dan jista' jikkompromettilu l-karriera politika tiegħu.


GŻEJJER (L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut) relazzjoni lesbjana bejn żewġ flatmates.


ŻERAFA (Kimika) relazzjoni ta' mħabba bejn żewġ studenti subien fl-adoloxxenza tagħhom, u raġel miżżewweġ li jkollu x'jaqsam sesswalment ma' rġiel oħrajn (għalkemm jien nagħmel differenza bejn omosesswali u xiħadd li jkollu biss kuntatt sesswali ma' nies l-istess sess).


B (Stejjer li ma Kellhomx Jinkitbu) raġel omosesswali li jiltaqa' online ma' raġel miżżewweġ u jibda jħobbu. L-istorja tirrakkonta l-ewwel laqqħa tagħhom face to face.


EFREM (Stejjer li ma Kellhomx Jinkitbu) iben kompożitur Malti li għandu relazzjoni stabbli ma' mużikologu.


IL-ĦABIBA TIEGĦI PETRINA (Stejjer li ma Kellhomx Jinkitbu) żewġ tfajliet ħbieb antiki jiskopru intimita' ġdida bejniethom.


LEJL MA' AMY WINEHOUSE (Stejjer li ma Kellhomx Jinkitbu) ġuvni imut b'overdose ta' eroina waqt party f'komunita' bisesswali.


Ħajr lil Immanuel Mifsud tal-għajnuna tiegħu

It-Tnejn, 23 ta’ Marzu 2009

Poeżija ta' Sam: Ma naħmlekx...










Ma naħmlekx
Mhux għax tradejtni
Jew għax weġgħajtni
Mhux għax lil qalbi qsamt
U l-ħolm li kelli ċħadt
Mhux għax minni abbużajt
U lanqas lili qatt sawwatt …..

L-unika raġuni li ma naħmlekx
Għax jien bqajt ma nsejtekx
U f’moħħi
U f’qalbi
Baqgħet tkarkar il-memorja
Li ż-żmien b’tant reqqa kkorda…..











U lejn kull wiċċ li nħares lejh
Nara għajnejk żoroq u sbieħ
It-tbissima qatt meqjusa
Leħnek għanja melodjuża
Jew it-tkexkixa ta’ bard
Li ma ġismi kienet tiġri
Kull darba li kont tmissni…..

Aktar ma nipprova ninsik
Aktar jien niftakar fik
U aktar nsir ma naħmlekx
Ħabbejtek jien li ma ngħidlekx
L-imħabba għalik kienet tassew
Anke meta t-taħbit ta’ qalbi batta
Ma’ kull darba li ismek tennew…..

Ħabbejtek u għadni nħobbok
Hekk għal dejjem nibqa’ nħobbok
U din l-imħabba kbira għalik
It-tifkira ġġib ħdejn il-likk
Li m’għandi naħmlek xejn
Għalhekk jien ma naħmlekx.

Sam

Il-Ħadd, 22 ta’ Marzu 2009

Kittieba Gay: Il-Poeta Franċiż Arthur Rimbaud (1853 - 1891). Video, Ħajtu u Ir-Rieqed fil-Wied (poeżija)

http://www.youtube.com/watch?v=033nIvfmlS8

Jean Nicolas Arthur Rimbaud (imwieled l-20 t'Ottubru 1854 u miet fl-10 ta' Novembru 1891) kien poeta Franċiż, imwieled f'Charleville. Kien wieħed mill-esponenti tal-moviment dekadenti u l-effett tiegħu fuq il-letteratura, mużika u arti moderna huwa wieħed kbir ħafna. Kiteb l-aqwa xogħlijiet tiegħu meta kien għad lanqas biss kellu għoxrin sena - Victor Hugo dak iż-żmien iddeskrivieh bħala "Shakespeare żgħir" - sa ma iddeċieda li jieqaf jikteb il-letteratura meta kellu 20 sena. Pero' baqa' jikteb l-ittri ħajtu kollha. Rimbaud kien vjaġġatur kbir li żar tliet kontinenti qabel ma miet bil-kanċer fl-eta' zgħira ta' 37 sena.

Poeżija ta' Arthur Rimbaud (Le Dormeur du Val - Ir-Rieqed tal-Wied)









Ir-Rieqed tal-Wied

In-nixxiegħa tgħanni fil-ħofra ħadranija,
u fil-ħaxix taqbad biċċiet tal-fidda f’tiġrija
fejn ix-xemx tiddi mill-muntanja kburija:
Huwa wied ċkejken mgħarraq fid-dija.

Rieqed b’rasu mikxufa u ħalqu miftuħ,
għonqu maħsul minn weraq kaħlani, suldat żagħżugħ,
taħt is-sema, fuq il-ħaxix mitfugħ,
Safrani f’sodda ħadra fejn id-dawl jinżel bħad-dmugħ.

Saqajh imdawwra bil-bnadar sofor, rieqed. B’tbissima,
bħat-tbissima ta’ tifel marradi, qed jieħu nagħsa:
Bennu sew ma’ ġismek għax kiesaħ, agħtih tislima.

L-ebda rwejjaħ ma jċaqilqulu mnifsejh,
rieqed fix-xemx, idejh fuq sidru
fis-sliem. U żewġ toqob ħomor f’ġenbejh.









Le Dormeur du Val


C'est un trou de verdure où chante une rivière
Accrochant follement aux herbes des haillons
D'argent; où le soleil de la montagne fière,
Luit; C'est un petit val qui mousse de rayons.

Un soldat jeune bouche ouverte, tête nue,
Et la nuque baignant dans le frais cresson bleu,
Dort; il est étendu dans l'herbe, sous la nue,
Pale dans son lit vert où la lumière pleut.

Les pieds dans les glaïeuls, il dort. Souriant comme
Sourirait un enfant malade, il fait un somme:
Nature, berce-le chaudement: il a froid.

Les parfums ne font plus frissonner sa narine;
Il dort dans le soleil, la main sur sa poitrine
Tranquille. Il a deux trous rouges au coté droit.













The Sleeper of the Valley


It is a green hollow where a stream gurgles,
Crazily catching silver rags of itself on the grasses;
Where the sun shines from the proud mountain:
It is a little valley bubbling over with light.

A young soldier, open-mouthed, bare-headed,
With the nape of his neck bathed in cool blue cresses,
Sleeps; he is stretched out on the grass, under the sky,
Pale on his green bed where the light falls like rain.

His feet in the yellow flags, he lies sleeping. Smiling as
A sick child might smile, he is having a nap:
Cradle him warmly, Nature: he is cold.

No odour makes his nostrils quiver;
He sleeps in the sun, his hand on his breast
At peace. There are two red holes in his right side.

Is-Sibt, 21 ta’ Marzu 2009

Poem by Joseph Carmel Chetcuti

LANCELOT’S LAST STAND

Dedicated to Lance Gowland (04.11.1935-06.10.2008),

driver of the truck at the first Mardi Gras.











Lance Gowland


yesterday

green park was our playground

the epicenter of a pick me up

for sex crazed young men after allsorts

and undercover cops looking for rent boys


today

at the entrance to the hospice

in the heart of green park

we stood there facing the wall

three return soldiers

a communist, a lawyer and a rice-queen

back in a theatre of war











at a safe distance the sound of police sirens

as sister homocycle mounts sister sadie sadie the rabbi lady

and around the corner

a not so contemplative sister missionary position

distributes foil-wrapped condoms to anyone who meets her glance


all is now left for lancelot

is to wait for the sun to set down on his mardi gras













Joseph Carmel Chetcuti
More information on: www.queermalta.com