Il-Ħadd, 22 ta’ Marzu 2009

Kittieba Gay: Il-Poeta Franċiż Arthur Rimbaud (1853 - 1891). Video, Ħajtu u Ir-Rieqed fil-Wied (poeżija)

http://www.youtube.com/watch?v=033nIvfmlS8

Jean Nicolas Arthur Rimbaud (imwieled l-20 t'Ottubru 1854 u miet fl-10 ta' Novembru 1891) kien poeta Franċiż, imwieled f'Charleville. Kien wieħed mill-esponenti tal-moviment dekadenti u l-effett tiegħu fuq il-letteratura, mużika u arti moderna huwa wieħed kbir ħafna. Kiteb l-aqwa xogħlijiet tiegħu meta kien għad lanqas biss kellu għoxrin sena - Victor Hugo dak iż-żmien iddeskrivieh bħala "Shakespeare żgħir" - sa ma iddeċieda li jieqaf jikteb il-letteratura meta kellu 20 sena. Pero' baqa' jikteb l-ittri ħajtu kollha. Rimbaud kien vjaġġatur kbir li żar tliet kontinenti qabel ma miet bil-kanċer fl-eta' zgħira ta' 37 sena.

Poeżija ta' Arthur Rimbaud (Le Dormeur du Val - Ir-Rieqed tal-Wied)









Ir-Rieqed tal-Wied

In-nixxiegħa tgħanni fil-ħofra ħadranija,
u fil-ħaxix taqbad biċċiet tal-fidda f’tiġrija
fejn ix-xemx tiddi mill-muntanja kburija:
Huwa wied ċkejken mgħarraq fid-dija.

Rieqed b’rasu mikxufa u ħalqu miftuħ,
għonqu maħsul minn weraq kaħlani, suldat żagħżugħ,
taħt is-sema, fuq il-ħaxix mitfugħ,
Safrani f’sodda ħadra fejn id-dawl jinżel bħad-dmugħ.

Saqajh imdawwra bil-bnadar sofor, rieqed. B’tbissima,
bħat-tbissima ta’ tifel marradi, qed jieħu nagħsa:
Bennu sew ma’ ġismek għax kiesaħ, agħtih tislima.

L-ebda rwejjaħ ma jċaqilqulu mnifsejh,
rieqed fix-xemx, idejh fuq sidru
fis-sliem. U żewġ toqob ħomor f’ġenbejh.









Le Dormeur du Val


C'est un trou de verdure où chante une rivière
Accrochant follement aux herbes des haillons
D'argent; où le soleil de la montagne fière,
Luit; C'est un petit val qui mousse de rayons.

Un soldat jeune bouche ouverte, tête nue,
Et la nuque baignant dans le frais cresson bleu,
Dort; il est étendu dans l'herbe, sous la nue,
Pale dans son lit vert où la lumière pleut.

Les pieds dans les glaïeuls, il dort. Souriant comme
Sourirait un enfant malade, il fait un somme:
Nature, berce-le chaudement: il a froid.

Les parfums ne font plus frissonner sa narine;
Il dort dans le soleil, la main sur sa poitrine
Tranquille. Il a deux trous rouges au coté droit.













The Sleeper of the Valley


It is a green hollow where a stream gurgles,
Crazily catching silver rags of itself on the grasses;
Where the sun shines from the proud mountain:
It is a little valley bubbling over with light.

A young soldier, open-mouthed, bare-headed,
With the nape of his neck bathed in cool blue cresses,
Sleeps; he is stretched out on the grass, under the sky,
Pale on his green bed where the light falls like rain.

His feet in the yellow flags, he lies sleeping. Smiling as
A sick child might smile, he is having a nap:
Cradle him warmly, Nature: he is cold.

No odour makes his nostrils quiver;
He sleeps in the sun, his hand on his breast
At peace. There are two red holes in his right side.

Is-Sibt, 21 ta’ Marzu 2009

Poem by Joseph Carmel Chetcuti

LANCELOT’S LAST STAND

Dedicated to Lance Gowland (04.11.1935-06.10.2008),

driver of the truck at the first Mardi Gras.











Lance Gowland


yesterday

green park was our playground

the epicenter of a pick me up

for sex crazed young men after allsorts

and undercover cops looking for rent boys


today

at the entrance to the hospice

in the heart of green park

we stood there facing the wall

three return soldiers

a communist, a lawyer and a rice-queen

back in a theatre of war











at a safe distance the sound of police sirens

as sister homocycle mounts sister sadie sadie the rabbi lady

and around the corner

a not so contemplative sister missionary position

distributes foil-wrapped condoms to anyone who meets her glance


all is now left for lancelot

is to wait for the sun to set down on his mardi gras













Joseph Carmel Chetcuti
More information on: www.queermalta.com


Il-Ġimgħa, 20 ta’ Marzu 2009

Poeżija ta' Sam

Grazzi Ħabib…….










Int bqajt ħdejja

U waqaft miegħi
Meta kulħadd telaq,
U malajr insew
Kemm qalu
U nsistew
Li tant kienu ħbieb tiegħi!

Għext ħajti f’nofs foresta
Fost dawk li suppost sħabi,
Li b’attitudni ta’ suppervja
Qabbduni
ferħ ta’ ġenn
Imkeffen f’solitudni,
Beżgħan mid-disprament,
B’kull siġra bla ebda dell ta’ kenn.

B’umiltek xejn moħbija
Li xxaqleb sew miżien
Int salvajtni bl-isperanza
U ħlistni mill-bigotti,
Il-faċċoli u
l-imposturi,
Biex tellajtni f’wiċċ l-ilma
Kalm u r
żin.












B’imġibtek u qalb li tifhem
Bħal xitla int ħadt ħsiebi
Tajtni t-tama għall-ġejjieni
Għax għallimtni nemmen fija nnifsi
Biex inħares lejn il-mera
B’mod li qatt ma ħsibt
Sakemm, fost ħbiebi ġojjel sibt.

Bit-tgħanniqa li int tajtni
Mal-ħajjin irritornajtni
Bla ma sawwatni jew għajjartni
U wisq inqas ikkalpestajtni
Iżda ttrattajtni bħal tifel normali
Għax b’imħabba li ma tafx qies
Aċċettajni hekk kif jien.

Forsi qatt ma tista’ temmen
Jew li tifhem inti sew
X’ifisser dak l’għamilt miegħi
Għax int lura ma ridt xejn.
X’ġiegħlek li tieqaf miegħi
U urejtni triqti ‘l quddiem
Li d-demgħat minn għajnejja ħbew?

B’tjubitek sinċiera
Fejjaqtni daqs l-aqwa tabib
Nissieltli tama ġdida,
Noħlom iva iżda le ngħix f’gidba.
Ta’ dan kollu u ħafna aktar
Inroddlok l-akbar ħajr, u
Minn qiegħ qalbi nirringrazzjak,
Ħabib.


Sam

Il-Ħamis, 19 ta’ Marzu 2009

Żewġ poeżiji ta' Joe Brincat









Jien u nikteb


Jien u nikteb naf li m’hawn ħadd jismagħni

u dak kollu li ngħid itir mar-riħ:

il-poeżija ilha ma tkun arti

li taf tattira l-widna tas-semmiegħ.


Ma nistagħx nitkellem b’vuċi ta’ wieħed

li jista’ jħott il-miti tal-fidili,

għalhekk f’ħajti jkolli nibqa’ nitbiegħed

minn dak li biż-żmien inġemgħa f’qiegħ idi.


Għax naf li ħajjitna ma tfisser xejn

ħlief l-allarm tal-miġja u l-ħin tat-tluq

u dat-taqlib kollu m’għandux għalfejn


jaqtagħlna qalbna - bagħtejna bħal dejjem.

Kieku stajt nagħmel diskors tal-għeluq

kont ngħid li twelidna u mitna bħal bhejjem.


Siġriet












Il-Lhud kienu għadhom fil-kampijiet,

l-irmied fix-xagħar, ir-riħa ta’ l-iġsma fl-arja;

anki biex ibusek, bil-ħarba,

taħlita ta’ mistħija u dieqa,

jiġbed idejh lura minn qaddek,

wara li stennik, siegħa sħiħa,

fix-xita, ħdejn it-Tliet Siġriet.


Fid-dawl dubjuż tal-kamra laterali

żvolġiet is-soltu diskursata

dwar litanija ta’ temi soċjali,


il-preġji u d-difetti ta’ din Malta.


Kont għadni ġej mill-ikla tal-Milied,

skonvolt mill-ħsieb li jista’ jkun li x-xiħ

kien tilef postu u sar rmied

fil-Panteon ta’ ommi – rari ssemmih


ħlief għal xi frażijiet:

‘kien raġel sew’, ‘miskin’,

li jservu ta’ tifkira

ta’ meta ġuvni mill-Imsida ħa tixriba,


għax ħallejtu jistenna għal ħafna ħin

sakemm tfaċċajt, hemm,

taħt it-Tliet Siġriet.

L-Erbgħa, 18 ta’ Marzu 2009

Il-Ġganti (b'dedika lil Patrick Attard)









Il-ġganti ma jgħixux biss fl-imgħoddi
tal-leġġendi antiki tagħna
fost torrijiet u iġbla ħarxa.

Il-ġganti għadhom magħna.

Iva, għadhom magħna,
jissieltu bil-qalb kbira tagħhom,
kontra l-isqra suwed joħduha,
għall-ħelsien tal-imgħaffġin kollha,

Fuq ix-xtut imbewwsa mir-riħ u mill-mewġ għatxan,
jiġru fl-arja kaħlanija
sa ma jsibu d-destin erojku tagħhom.

Dan huwa Patrick, wieħed mill-ġganti tal-ħelsien,
kbir mhux fil-ħoss iżda fl-istatura tal-ġustizzja tiegħu,
Iben id-Dawl,
vers minqux fuq il-ġebel jaħraq tal-qlubija,
tajra ħielsa fis-sema mikxuf tar-rebbiegħa,
fjamma tiddi fid-dlam tal-lejl bla rima,
fit-tfittxija u d-difiża tal-verita' mgħottija.

Fih rajt is-saħħa tal-vjaġġatur
li fil-ħolma tiegħu għaraf x'hemm in-naħa l-oħra tax-xefaq,
dinja mhux imsaħħra,
imma mibnija bil-qawwa ta' drigħ in-nies kollu li jaħdmu
biex jaqilgħu il-ħobża tagħhom ta' kuljum
u mwieżna bil-ħlewwa u bl-imħabba tal-għajn ħanina.

Soċjeta' li tħobb, li tibni, li tilqa', li tgħannaq u tħaddan....

Insellimlek, ja eroj ġdid Malti
u noffrilek
l-isbaħ ward u rand f'dal-versi.

Steve

It-Tlieta, 17 ta’ Marzu 2009

Omaġġ lil Oscar Wilde

http://www.youtube.com/watch?v=vUovP2c2wKA

"...Hemm biss żewġ traġedji fil-ħajja: waħda li tikseb dak li tixtieq qalbek, u l-oħra li ma jirnexxilekx..."

- Oscar Wilde (1854 - 1900)

Poeżija tal-Poetessa Griega Sappho (ċ. 630 sa 570 Q.K.)

Ma smajtx lanqas kelma waħda mingħandha

Tassew nixtieq li kont mejta

Meta ħallietni, bkiet


Bil-bosta, qaltli: “Din il-firda

trid tiflaħ għaliha, Sappho, se jkolli nitlaq kontra qalbi.”


Għedtilha, “Mur u kun ferħana

Iżda ftakar (int taf tajjeb)

Lil min se tħalli mjassra bl-imħabba.


Jekk tinsini, ftakar

Fir-rigali tagħna lil Afrodite

U l-ġmiel kollu li qsamna flimkien


Dawk il-kuruni ta’ ward vjola f’xagħrna,

Blanzuni tal-ward bizzilla, ġilji u ħubbejża

imdawwrin ma’ għonqok żagħżugħ.


Il-mirra mferra fuq rasek

U fuq twapet rotob, tfajliet

B’dak kollu li tixtieq qalbhom


Waqt li l-ebda leħen ma kanta

Korijiet mingħajr leħinna,

l-ebda fjura tal-masġar ma fetħet mingħajr għanja.