Il-Ġimgħa, 20 ta’ Marzu 2009

Poeżija ta' Sam

Grazzi Ħabib…….










Int bqajt ħdejja

U waqaft miegħi
Meta kulħadd telaq,
U malajr insew
Kemm qalu
U nsistew
Li tant kienu ħbieb tiegħi!

Għext ħajti f’nofs foresta
Fost dawk li suppost sħabi,
Li b’attitudni ta’ suppervja
Qabbduni
ferħ ta’ ġenn
Imkeffen f’solitudni,
Beżgħan mid-disprament,
B’kull siġra bla ebda dell ta’ kenn.

B’umiltek xejn moħbija
Li xxaqleb sew miżien
Int salvajtni bl-isperanza
U ħlistni mill-bigotti,
Il-faċċoli u
l-imposturi,
Biex tellajtni f’wiċċ l-ilma
Kalm u r
żin.












B’imġibtek u qalb li tifhem
Bħal xitla int ħadt ħsiebi
Tajtni t-tama għall-ġejjieni
Għax għallimtni nemmen fija nnifsi
Biex inħares lejn il-mera
B’mod li qatt ma ħsibt
Sakemm, fost ħbiebi ġojjel sibt.

Bit-tgħanniqa li int tajtni
Mal-ħajjin irritornajtni
Bla ma sawwatni jew għajjartni
U wisq inqas ikkalpestajtni
Iżda ttrattajtni bħal tifel normali
Għax b’imħabba li ma tafx qies
Aċċettajni hekk kif jien.

Forsi qatt ma tista’ temmen
Jew li tifhem inti sew
X’ifisser dak l’għamilt miegħi
Għax int lura ma ridt xejn.
X’ġiegħlek li tieqaf miegħi
U urejtni triqti ‘l quddiem
Li d-demgħat minn għajnejja ħbew?

B’tjubitek sinċiera
Fejjaqtni daqs l-aqwa tabib
Nissieltli tama ġdida,
Noħlom iva iżda le ngħix f’gidba.
Ta’ dan kollu u ħafna aktar
Inroddlok l-akbar ħajr, u
Minn qiegħ qalbi nirringrazzjak,
Ħabib.


Sam

No comments:

Post a Comment