It-Tnejn, 23 ta’ Marzu 2009

Poeżija ta' Sam: Ma naħmlekx...










Ma naħmlekx
Mhux għax tradejtni
Jew għax weġgħajtni
Mhux għax lil qalbi qsamt
U l-ħolm li kelli ċħadt
Mhux għax minni abbużajt
U lanqas lili qatt sawwatt …..

L-unika raġuni li ma naħmlekx
Għax jien bqajt ma nsejtekx
U f’moħħi
U f’qalbi
Baqgħet tkarkar il-memorja
Li ż-żmien b’tant reqqa kkorda…..











U lejn kull wiċċ li nħares lejh
Nara għajnejk żoroq u sbieħ
It-tbissima qatt meqjusa
Leħnek għanja melodjuża
Jew it-tkexkixa ta’ bard
Li ma ġismi kienet tiġri
Kull darba li kont tmissni…..

Aktar ma nipprova ninsik
Aktar jien niftakar fik
U aktar nsir ma naħmlekx
Ħabbejtek jien li ma ngħidlekx
L-imħabba għalik kienet tassew
Anke meta t-taħbit ta’ qalbi batta
Ma’ kull darba li ismek tennew…..

Ħabbejtek u għadni nħobbok
Hekk għal dejjem nibqa’ nħobbok
U din l-imħabba kbira għalik
It-tifkira ġġib ħdejn il-likk
Li m’għandi naħmlek xejn
Għalhekk jien ma naħmlekx.

Sam

No comments:

Post a Comment