It-Tlieta, 17 ta’ Marzu 2009

Poeżija tal-Poetessa Griega Sappho (ċ. 630 sa 570 Q.K.)

Ma smajtx lanqas kelma waħda mingħandha

Tassew nixtieq li kont mejta

Meta ħallietni, bkiet


Bil-bosta, qaltli: “Din il-firda

trid tiflaħ għaliha, Sappho, se jkolli nitlaq kontra qalbi.”


Għedtilha, “Mur u kun ferħana

Iżda ftakar (int taf tajjeb)

Lil min se tħalli mjassra bl-imħabba.


Jekk tinsini, ftakar

Fir-rigali tagħna lil Afrodite

U l-ġmiel kollu li qsamna flimkien


Dawk il-kuruni ta’ ward vjola f’xagħrna,

Blanzuni tal-ward bizzilla, ġilji u ħubbejża

imdawwrin ma’ għonqok żagħżugħ.


Il-mirra mferra fuq rasek

U fuq twapet rotob, tfajliet

B’dak kollu li tixtieq qalbhom


Waqt li l-ebda leħen ma kanta

Korijiet mingħajr leħinna,

l-ebda fjura tal-masġar ma fetħet mingħajr għanja.

No comments:

Post a Comment